Karozza qabdet fi Triq Reġjonali, eżatt qabel tidħol għal mini li minn San Ġiljan tmur lejn in-nofsinhar tal-pajjiż.
Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ dalgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjonali Ċivili, li kkontrollaw is-sitwazzjoni fi ftit ħin.
Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
Nifmhu li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
RITRATT: MDT