Il-Prim Ministru tal-Irlanda Simon Harris ħabbar elezzjoni bikrija għal nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru.
Huwa ħabbar li nhar il-Ġimgħa ħa jmur għand il-President tal-pajjiż, Michael D. Higgans sabiex ixolji b’mod uffiċjali l-Parlament.
L-għan ta’ din l-elezzjoni huwa li Simon Harris jikseb l-appoġġ sabiex il-partit tiegħu ‘Fine Gael’ jestendi l-14-il sena li ilu fil-Gvern.
L-elezzjoni kellha ċ-ċans issir sa Marzu li ġej, iżda se ssir dan ix-xahar wara l-baġit imħabbar u anki minħabba d-diżorganizazzjoni tal-Oppożizzjoni tal-pajjiż.
Simon Harris laħaq Prim Ministru tal-Irlanda f’April li għadda, wara r-riżenja ta’ Leo Varadkar.