L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tkompli bis-serje ta’ kunċerti chamber il-Ħadd 17 ta’ Novembru fil-11:00 a.m. fir-Robert Samut Hall, il-Furjana.
Dan il-kunċert jiffoka fuq mużika tas-Seklu 20, b’xogħlijiet miktuba għal strumenti differenti u jinkludi ‘Sonata għall-Klarinett’ ta’ Poulenc u ‘Sonata għall-Vjolin’ ta’ Hindemith, flimkien ma’ żewġ xogħlijiet ta’ Joseph Vella, ‘Għanjiet op. 51’ għas-sopran, perkussjoni u pjanu, u ‘Riflessioni su un Tema di Stravinsky op. 107’, ispirata minn sketch li Stravinsky kien għamel fuq kartolina.
Is-sopran Maria Frendo se tkun akkumpanjata minn Francis Camilleri fuq il-pjanu, Michael Camilleri fuq il-perkussjoni, Pierre Louis Attard fuq il-vjolin, Natasha Chircop fuq il-flawt, Chiara Telleri fuq l-obo, Godfrey Mifsud fuq il-klarinett, Maria Spiteri Zahra fuq il-fagott u Etienne Cutajar fuq il-kornu.
Biljetti minn jistgħu jinkisbu minn fuq showshappening.com.