Id-diskussjoni waqt IT-TALKS ser tkompli nhar il-Ġimgħa li ġej 8 ta’ Novembru, fejn Lara Azzopardi mal-mistiedna tagħha se tiddiksuti l-orjentazzjoni sesswali.
Liema huma l-aktar etajiet komuni fejn persuna tibda tħoss li tista’ tkun gay, bi-sesswali, transesswali jew xi orjentazzjoni sesswali oħra? Meta huwa l-aħjar żmien biex inkellmu lil uliedna fuq is-sess u s-sesswalita’?
Fil-programm se naraw xi ġralu Tristan B meta prova jgħid lil tal-familja li hu gay? X’għamlet Sylvana Attard meta bintha bdiet turi sinjali li ma tappartjenix għall-ġeneru li twieldet fih? IT-TALKS se jiddiskuti ma’ Colette Farrugia Bennett diversi domandi fosthom kif tista’ tgħin persuna li tkun tixtieq tgħid lill-familja li hija ta’ orjentazzjoni sesswali differenti?
IT-TALKS jixxandar il-Ġimgħa fid-8:45pm fuq ONE