Anzjan ta’ 70 sena minn Ħaż-Żabbar intlaqat minn vann f’Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq iż-Żejtun.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjan intlaqat minn Ford Transit, misjuq minn raġel ta’ 51 sena minn Ħaż-Żabbar.
Tim mediku mar jassisti fuq il-post, fejn ħa l-anzjan l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.