Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi triqtu lejn il-kapitali tal-Ungerija, Budapest għal summit tal-Komunità Politika Ewropea.
Għal din il-ħames laqgħa ta’ din il-Komunità, li bdiet sentejn ilu, jattendu l-mexxejja mis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra Ewropej, fosthom ir-Renju Unit, l-Ukrajna u t-Turkija. L-għan ta’ dan is-Summit huwa li jgħaqqad il-pajjiżi kollha tal-kontinent Ewropew.
Fuq l-aġenda tal-mexxejja Ewropej hemm il-gwerer fl-Ukrajna u l-Lvant Nofsani, il-migrazzjoni u anki l-konnettività.