Atleti maltin reġgħu iddominaw avveniment ieħor ta’ Combat Sports bl-isem UNLEASHED FIGHT NIGHT li sar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fil-Padiljun tal-Basketball Ta’ Qali. Serata organizzata minn The Arena Combat Sports Promotions u li għal darb’oħra offriet spettaklu ta’ Boxing, Kickboxing u K1 lill-pubbliku numeruż li attenda.
F’din l-attivita’ ta’ Combat Sports kien hemm madwar 29 ġlieda.
Il-maltin reġgħu kienu protagonisrti meta iddominaw il-komeptizzjonijiet. L-atleti lokali rebħu kontra avversarji taljani u ingliżi, uħud minnhom fit-titli prinċipali.
Il-ġlieda prinċipali kienet dik li rat lil Lydon Xuereb, li iddefenda t-titlu u ċ-Championship Cup. Xuereb ma’ l-ewwel round u fi ftit sekondi kien diġa niżżel lill-avversarju Kaine Burns mill-Gran Brittanja b’KO.
Il-promoter Simon Chetcuti irringrazzja lill-pubbliku, coaches u atleti li ħadi sehem, flimkien mal-isponsors kollha.
Dan l-avveniment ittella’ bil-kollaborazzjoni tal-World Kickboxing Association, il-Malta Boxing Commission, Malta Mixed Martial Arts Association u l-Malta National Combat Sports Cooperative Ltd.