Żewġ persuni weġġgħu gravi wara inċident bi quadbike f’Għawdex.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Ta’ Għajn Ħosna, ix-Xagħra, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li Ingliż ta’ 57 sena, li kien qiegħed isuq quadbike u miegħu kellu mara Ingliża ta’ 54 sena bħala passiġġiera, tilef il-kontroll u waqgħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.