Raġel ta’ 46 sena miż-Żurrieq jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofra ħruq f’ġismu wara li d-dgħajsa li kien fuqha ħadet in-nar.
L-inċident seħħ dagħlodu, bl-opra tal-baħar kienet madwar milu nofs ‘l barra mill-kosta ta’ Delimara, limiti ta’ Marsaxlokk.
Minnufih fuq il-post marru l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u tal-Protezzjoni Ċivili li sabu lill-vittma fil-baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Wara li tellgħuh abbord il-lanċa tas-salvataġġ, huwa ddaħħal l-art, fejn kien qed jistennih tim mediku li tawh l-ewwel għajnuna.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li jinsab
f’kundizzjoni serja.
Il-Maġistrat Antione Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.