Wara li lbieraħ miljuni ta’ Amerikani vvutaw fl-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti, fl-aħħar sigħat bdew jingħaddu l-voti, bl-ewwel projezzjoniiet qed juru lill-eks President Donald Trump fuq quddiem tat-tellieqa.
Donald Trump rebaħ tliet swing states minn sebgħa, dawk ta’ North Carolina, l-istat ta’ Georgia u Pennsylvania.
Huwa mistenni jindirizza lill-partitarji tiegħu dalwaqt fi Florida.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif in-nies ta’ Trump huma pożittivi, filwaqt li hemm sens ta’ ansjetà fil-kwartieri tal-kandidata l-oħra Kamala Harris.
S’issa Trump rebaħ 246 tal-voti tal-elettorat jiġifieri aktar minn tnejn u sittin miljun, filwaqt li Harris rebħet 194 tal-voti tal-elettorat li jfissru aktar minn sebgħa u ħamsin miljun vot.
Kandidat rebbieħ irid jirbaħ total ta’ 270 voti tal-elettorat biex jirbaħ it-tellieqa.
Sadanittant infakkrukom li ONE bħalissa għaddej bi programm speċjali dwar l-elezzjoni Presidenzjonali.