Wara li Elon Musk kien ħabbar li se jqassam miljun dollaru kuljum lil wieħed mill-votanti tal-istati deċiżivi sa Jum l-Elezzjoni, l-Avukat tad-Distrett ta’ Philadelphia, Lawrence Krasner, kien talab sabiex titwaqqaf dak li sejjaħ “lotterija illegali”. Issa l-Imħallef Angelo Foglietta lbieraħ iddeċieda li l-grupp politiku ta’ Elon Musk jista’ jibqa jagħti l-miljun dollaru.
Illum hija l-aħħar ġurnata li Musk se jqassam din is-somma fejn jidher li l-bniedem li se jirċeviha diġa huwa determinat.
Sorprendentament, l-avukat tal-biljunarju, lbieraħ fil-qorti żvela li n-nies li kienu qed jirċievu l-flus ma kienux jittellgħu bix-xorti kif ħafna kienu qed jaħsbu, iżda kienu jiġu magħżula mill-grupp America PAC.
Chris Young, id-direttur tal-grupp, qal li dawk li jintgħażlu kienu skrutinati u riedu jkollhom il-valuri allinjati mal-grupp u r-riċevituri kienu qed jiffirmaw ftehim li jimpedihom milli jiddiskutu pubblikament it-termini tal-kuntratt.
Elon Musk ma kienx preżenti fis-seduta tal-bieraħ