F’kumment qasir li ta lill-midja wara r-replika tal-Baġit tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, il-Prim Ministru ddeskriva d-diskors ta’ Grech bħala “bla beef”.
Il-Prim Ministru stqarr kif Grech tkellem iktar dwar kif ikun Prim Ministru mingħajr ma ressaq proposti ‘l quddiem għall-pajjiż.
Dr Abela tenna li għada se jkun qiegħed iwieġeb għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni billi jitkellem dwar il-viżjoni ta’ fejn irid jmur il-pajjiż fis-snin li ġejjin.
Fl-istess kummenti lill-midja Dr Abela feraħ lil Glenn Micallef għall-prestazzjoni tiegħu u r-riżultat li konsegwentaent kiseb. Hawn nnota kif l-abbiltajiet ta’ Micallef xejjnu għal kollox l-kritika li bdiet issir fil-konfront tiegħu mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista.