Sorsi viċin ONE News ikkonfermaw li n-nominat Malti għall-Kummissarju Ewropew, Glenn Micallef, għadda mill-grilling li sar illum waranofsinhar fil-Parlament Ewropew fi Brussell.
Glenn Micallef għadda mill-grilling wara li kien hemm il-konferma ta’ żewġ terzi jew aktar mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, li kienu preżenti fil-kumitat tal-kultura u l-edukazzjoni.
Micallef ta’ 35 sena se jkun l-iżgħar Kummissarju Ewropew minn fost is-26 Kummissarju taħt it-tmexxija tal-President Ursula von der Leyen.
Intant, b’rabta ma’ dan, il-Prim Ministru Robert Abela awgura lil Glenn Micallef. Sostna li l-viżjoni u li-impenn tiegħu għaż-żgħażagħ, il-kultura u l-isport huwa importanti għall-Unjoni Ewropea. Huwa awgura sabiex jaħdem għall-futur tal-Ewropa.
Congratulations to @GlennMicallef. His vision and commitment to youth, culture, and sport promise to drive meaningful progress across the 🇪🇺. Wishing him great success in shaping a vibrant and inclusive future for Europe. – RA pic.twitter.com/lMDeJ8GnBr
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) November 4, 2024