Iċ-Chairperson tal-Kumitat CULT, Nela Riehl innotat li l-punti ta’ diversità fl-isport u anki l-benesseri taż-żgħażagħ, l-aktar li laqtuha mill-grilling tal-Kummissarju Ewropew nominat Glenn Micallef.
F’kumment lill-ġurnalisti wara l-grilling ta’ tliet sigħat, qalet li hi tkun ferħana li taħdem mill-qrib mal-Kummissarju Ewropew nominat Malti Glenn Micallef.
Hawnhekk sostniet li ma tistax tgħaddi l-kummenti tagħha dwar kif mar in-nominat Malti, minħabba li dik hi deċiżjoni li għad trid tittieħed mill-gruppi politiċi.