Il-Membru Parlamentari Ewropew Awstrijak, Hannes Heide, li huwa l-koordinatur tas-Soċjalisti fil-Kumitat Parlamentari għall-Kultura u l-Edukazzjoni, sostna li n-nominat Malti għall-Kummissarju Ewropew Glenn Micallef għadu żagħżugħ u lest jiltaqa’ ma’ kulħadd.
F’sessjoni mal-ġurnalisti Maltin fil-Parlament Ewropew fi Brussell, fil-jum tas-smigħ ta’ Glenn Micallef, l-MEP Awstrijak sostna li għandu impressjoni tajba. Huwa sostna li r-rwol ta’ bil-portafoll importanti taż-żgħażagħ, il-ġustizzja bejn il-ġenerazzjonijiet, l-isport u l-kultura huwa importanti għall-futur tal-Ewropa.
Intqal li b’dan il-portafoll se tingħata aktar importanza lis-setturi taż-żgħażagħ, l-isport u l-kultura – setturi li jiġġeneraw bosta xogħlijiet.
Huwa saħaq li kull minuta fit-tlett sigħat tas-sessjoni tal-“grilling” hija importanti. Intqal li Micallef jinsab ippreparat sew għal din is-sessjoni.