Qed jiġi rrappurtat li l-funeral tal-eks kantant u mużiċist ta’ One Direction Liam Payne se jkun qed isir il-ġimgħa d-dieħla bil-katavru tiegħu mistenni jasal ir-Renju Unit fil jiem li ġejjin.
Payne, li kellu 31 sena, miet traġikament ix-xahar li għadda wara li waqa’ mill-gallarija fit-tielet sular tal-lukanda fil-kapitali Arġentina ta’ Buenos Aires. Mill-awtopsja rriżulta li huwa miet kawża tal-25 ferita li sofra fil-waqgħa.
Il-ġisem tiegħu kien meħud fiċ-ċimiterju Brittaniku ta’ Buenos Aires jumejn wara l-mewt tiegħu waqt li kienu qed isiru l-investigazzjonijiet tal-pulizija. Hekk kif id-dokumenti neċessarji issa huma kompluti, huwa mistenni lura fir-Renju Unit sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa.
Il-funeral se jsir fil-Katidral ta’ San Pawl f’Wolverhampton.
Wara l-mewt tiegħu, id-diska tiegħu “Teardrops” li kienet titratta l-isfidi li kellu fil-ħajja romantika, reġgħet daħlet fin-numru 7 tal-klassifika tad-diski.