Is-sit internazzjonali tant rinomat Euronews ta prominenza lill-investiment multi-miljunarju li għamel pajjiżna favur il-kultura u l-arti, permezz tal-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja, il-MICAS, fil-Furjana.
Fl-istess jum li dan il-proġett ta’ iżjed minn €30 miljun ġie inawgurat mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru responsabbli Owen Bonnici, il-Euronews intervista lid-direttriċi artistika tal-MICAS, Edith Devaney, li qalet li investiment bħal dan ifisser li pajjiżna qed jagħti importanza kbira u bla preċedent anke lill-kultura rikka li ngawdu f’pajjiżna.
Devaney, li għandha esperjenza internazzjonali qawwija, qalet li dan il-fatt hu mill-aktar pożittiv u qed joffri spazju adegwat għall-artisti lokali u barranin, bil-Euronews jirrimarka li l-MICAS ipoġġi lil Malta fuq l-istess livell ta’ pajjiżi kbar, li joffru attrazzjonijiet simili.