Delegazzjoni mill-Partit Laburista immexxija mill-President tal-Partit, Alex Sciberras, għamlet żjara f’Magic Castle Child Care Centre fil-Ħamrun fejn iltaqgħet mal-management u l-ħaddiema.
Ġie nnotat kif f’dan iċ-child care ma jsirx użu ta’ televiżjoni jew tablet u minflok isiru attivitajiet li jippromwovu l-interazzjoni bejn it-tfal. It-tmexxija ta’ dan iċ-ċentru faħħret l-inizjattiva taċ-child care b’xejn u sostniet li permezz tagħha, it-tfal qed ikunu aktar ippreparati għall-kindergarten li huwa l-bidu tal-vjaġġ edukattiv tagħhom.
Il-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras sostna li l-investiment li sar minn Gvern Laburista f’dan is-servizz, mhux biss għen sabiex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol, imma llum sar parti kruċjali mill-edukazzjoni formattiva tat-tfal.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Leonid McKay qal kif f’għaxar snin mat-23,000 ġenitur gawdew miċ-child care b’xejn bil-Gvern investa mal-245 miljun ewro.
F’din iż-żjara attendew id-deputati Katya DeGiovanni u Romilda Zarb.