Mara ta’ 31 sena, residenti Birkirkara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku, fi Triq l-Iskola, fis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar, meta seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa mill-mara, u raġel ta’ 25 sena residenti Birkirkara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura permezz ta’ ambulanza, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ, għadhom għaddejjin.