Żagħżugħ ta’ 18-il sena minn Ħal Qormi, tifel ta’ 15-il sena u mara tqila ta’ 34 sena ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara li seħħ inċident bejn vann u karozzin.
Il-pulizija kkonfermat ma’ One.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq l-Imdina, Ħaż Żebbuġ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post immedjatament wasal tim mediku u numru ta’ ambulanzi.
Iż-żewġ żgħażagħ kienu fuq il-karozzin u sofrew ġrieħi, filwaqt li fil-vann kien qed jiġi misjuq minn raġel ta’ 34 sena mill-Iklin u passiġġiera miegħu kien hemm il-mara tqila ta’ 34 sena mis-Siġġiewi li ttieħdet l-isptar minħabba li kienet taħt xokk.
Il-kundizzjonijiet għadhom mhux magħrufa, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.