Il-President Myriam Spiteri Debono żaret il-kumpanija Best Print Ltd. fejn il-proċess tal-istampar tal-pubblikazzjoni ‘Tisjir mill-Qalb’ jinsab fi stadju avvanzat.
Kif spjegat Sina Bugeja, iċ-Chairperson tal-Malta Community Chest Fund, l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun qed tiffoka fuq is-sostenibbiltà fit-tisjir, u r-riċetti huma bbażati fuq it-tradizzjoni Maltija fin-nutrizzjoni, l-użu tal-prodott frisk lokali u n-nuqqas ta’ ħela.
“Din hija inizjattiva oħra li qeda ssir kull sena biex jinġabru l-fondi għall-Comunity Chest Fund u kif jaf il-pubbliku Malti, il-Community Chest Fund huwa li min iħabbitlna l-bieb għall-bżonnijiet li jkollu, tgħin mill-aħjar li tkun tista’ u allura kull ktieb li ħa jkun qed jinbiegħ, ħa jkun qed jikkontribwixxi għal din l-inizjattiva. It-tema ta’ din is-sena hija it-tisjir Malti u allura għandu skop partikolari aktar li kulħadd jkollu wieħed minnhom fil-librerija tiegħu.”
Il-ktieb se jkun qed jinbiegħ fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla, matul il-Fiera tal-Ktieb, li se ssir fl-MFCC, Ta’ Qali u jkun disponibbli mill-ħwienet tal-kotba ewlenin madwar Malta u Għawdex.