Mil-lum, l-ewwel ta’ Novembru, il-parkeġġ tal-Isptar Mater Dei se jkun b’xejn għall-pazjenti li jmorru l-Isptar għal servizzi ta’ outpatients.
Ma’ dawn hemm ukoll pazjenti li jmorru għal visti u kura fl-Isptar tal-Onkoloġija, is-SAMOC, għal servizzi fid-Dipartiment tal-Outpatients, kif ukoll pazjenti li jmorru għal servizzi tar-radjologija (X-ray, ultrasound, CT, MRI, nuclear imaging) fil-Medical Imaging Department.
Din it-tħabbira kienet saret mill-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela, li spjega li kull xahar madwar 55,000 persuna tagħmel użu minn dawn is-servizzi fl-Isptar Mater Dei u għaldaqstant il-Gvern qed jimplimenta din l-inizjattiva sabiex dawn il-pazjenti ma jibqgħux iħallsu għal parkeġġ.