Din il-ġimgħa, fl-ewwel ta’ Novembru IT-TALKS ser jiddiskuti t-trawma li ġġib magħha telfa umana. Waqt il-programm, mmexxi minn Lara Azzopardi se nisimgħu l-istejjer ta’ Marylis Mallia li tilfet lil binha Ramiro f’inċident sfortunat wara li anke rebaħ il-kanċer. Tony Vella jirrakonta l-lejl li semgħa taħbita mal-bieb u ġie nfurmat li ibnu kien involut f’inċident tat-traffiku.
Lara ser tistaqsi: Tista qatt tinsa’? Tista’ taħfer? Kif tista’ tkompli tgħix ħajtek wara li tkun tlift lil xi ħadd għażiż?
IT-TALKS se jiddiskuti dan u aktar mal-psikjatra Dr Gabriel Ellul u l-mistiedna
IT-TALKS jixxandar il-Ġimgħa 1 ta’ Novembru fid-8:45pm fuq ONE