F’perjodu ta’ ħames snin, in-nisa fis-suq tax-xogħol lokali żdiedu bi kważi għaxra fil-mija, skont l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Jirriżulta li, fl-2018, ir-rata ta’ nisa jaħdmu fostna kienet ta’ 63%, waqt is-sena l-oħra din telgħet għal kważi 73%.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-għadd ta’ rġiel u nisa jaħdmu f’pajjiżna llum jgħodd għal kważi 81%, li hu ferm ogħla mill-medja Ewropea, li hi ta’ 75%.
Dan grazzi wkoll għal miżuri benefiċċjarji, li ddaħħlu fl-aħħar snin minn Gvernijiet Laburisti, partikolarment iċ-childcare b’xejn u l-In-Work Benefit, fost l-oħrajn.