Dalgħodu għal ħabta tal-5:00 am, raġel ta’ 32 sena mill-Kosta tal-Ivorju ġie arrestat f’operazzjoni li seħħet fi Triq Giovanni Barbara, il-Ħamrun, b’rabta ma’ tixrid ta’ materjal estremista. L-arrest sar wara ġimgħat ta’ sorveljanza u analiżi ta’ intelliġenza, b’ħidma koordinata bejn diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija.
Fl-operazzjoni, il-Pulizija ċċirkondat żewġ propjetajiet biswit xulxin li minnhom, fost oħrajn, ġew elevati diversi oġġetti elettroniċi fosthom servers, marbuta ma’ tixrid ta’ materjal estremista.
Ir-raġel arrestat ttieħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.