Wara Budget ieħor li ressaq Gvern Laburista b’investiment b’saħħtu favur il-kwalità tal-ħajja tal-familji, għall-Partit Nazzjonalista r-reazzjoni tiegħu hi mibnija fuq żewġ binarji: li jagħmel sarima biex in-nies ma jkunux infurmati kif il-Budget se jolqothom u t-tixrid tal-fake news.
Qalet dan stqarrija tal-Partit Laburista hekk kif sa dalgħodu stess, anki wara li l-Ministeru għas-Saħħa nnota kif in-nefqa rikkorrenti għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex ħa tiżdied fuq din is-sena, l-Oppożizzjoni baqgħet tippersisti fil-gideb u xxerred il-miżinformazzjoni sfaċċata li faċilment wieħed jista’ jaqbadha u jivverifikaha b’analiżi tal-estimi finanzjarji.
L-istqarrija aċċennat li l-istat li fih ħalliet l-Oppożizzjoni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex meta kienet fil-poter, kulħadd jafu.
“Lil min tafu tistaqsix għalih”, temm jgħid il-Partit Laburista.