Ħ’Attard Subbuteo Club, għar raba’ darba fl-istorja tagħhom, ipparteċipaw fil kompetizzjoni prestiġġjuża tal-Europa League tat-Table Football.
Din l-edizzjoni, li saret f’Lisbona l-Portugal, intlgħabet bejn is-Sibt u l-Ħadd 26 u 27 t’Ottubru 2024.
Wara li s-sena li għaddiet, il-klabb laħaq tragward storiku fl-istess kompetizzjoni, meta rnexxielu jispiċċa l-avventura tiegħu fil 15-il post, din id-darba Ħ’Attard Subbuteo Club irnexxielu jasal sal-kwarti tal-finali, fejn eventwalment temmew din l-edizzjoni fit-8 post.
Wara li fil- ‘placings’ il-logħba bejn Ħ’Attard u t-tim lokali Valletta Lions TFC spiċċat fi draw ta 2-2, din intrebħet mill-istess Valletta permezz tad-differenza tal gowls.
Tragward ieħor storiku għall-klabb żgħir li l-għan tiegħu huwa dak li jkompli jistabilixxi ruħu aktar fix-xena lokali kif ukoll dik internazzjonali.
It-Tim għal din l-kompetizzjoni kien kompost mill-captain Tristan Feneċh, Robert Farrugia Randon, Stanley
Farrugia Randon, Mario Fleri Soler, Walter Attard u l-Belgjan Pierre De Leeuw.
Fil-fażi tal-gruppi, it-tim rebaħ il logħob kontra Moralzarzal SC ta Spanja, Elan Subbuteo ta Franza u BSC
Sċhawalbaċh tal Germanja, filwaqt li tilef kontra t-tim taljan Finalist ta din l-istess kompetizzjoni, biex spiċċa
fit-tieni post tal grupp tiegħu.
Fl-aħħar sittax, rebħa oħra kontra Sporting Lisbona tal Portugall, biex imbgħad kellom iċedu kontra is-saħħa
tat-tim taljan ta Virtus Rieti.
Il-Parteċipazzjoni għal din il kompetizzjoni kienet possibli wkoll tal-iskemi ta support finanzjarju mogħtija
minn SPORTMALTA.
Il-klabb issa jibqa’ jaħdem għall-kompetizzjonijiet li jmiss fil-kalendarju tiegħu, jiġifieri il-lig Nazzjonali ta-klabbs
u l-Major ta’ Frameries fil-Belġju.