Beatrice Njoya, li f’Lulju li għadda ġiet inkurunata Miss Universe Malta għal din is-sena, dalgħodu ħalliet pajjiżna lejn Mexico City biex tipparteċipa fis-73 konkors internazzjonali annwali fost 130 rappreżentanta minn madwar id-dinja.
Waqt li se tkun qed tqatta’ t-tliet ġimgħat li ġejjin f’diversi attivitajiet relatati, Njoya se tikkompeti fl-ispettaklu preliminari fl-14 ta’ Novembru li ġej, waqt li jumejn wara ssir is-serata finali.
Beatrice, li għandha 40 sena u hi omm ta’ tlett itfal, qed tikkampanja kontra l-vjolenza domestika u favur aktar għarfien dwar is-saħħa mentali, waqt li hi wkoll ambaxxatriċi tal-helpline nazzjonali għall-prevenzjoni tas-suwiċidji.
Alan J. Darmanin, Direttur ta’ Miss Universe Malta, awgura lill-kontestanta ta’ pajjiżna għas-sehem tagħha fil-kompetizzjoni tas-sbuħija l-aktar segwita fid-dinja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI