Il-Forum Unions Maltin laqa’ l-miżura tat-twessigħ tat-tax bands kif ukoll iż-żieda fiċ-Childrens’ Allowance bħala miżuri li se jkunu qed isaħħu u jkunu ta’ sapport għall-ħaddiema u l-familji tagħhom.
Il-Forum innota wkoll il-miżura tal-Gvern biex isostni lill-impjegati li jagħżlu pensjoni tat-tielet pilastru, filwaqt li jilqa’ l-introduzzjoni ta’ inċentivi għall-impjegati rtirati biex jipprovdu mentoring fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom.
Sadanittant l-MUT qalet li l-Baġit għas-sena 2025 ippreżentat mill-Gvern jiddeskrivi l-ħidma attwali li qed issir fil-qasam tal-edukazzjoni, fejn jilqgħu b’sodisfazzjon ir-referenza tal-ftehim settorjali ffirmat bejn l-MUT u l-Gvern bħala waħda mill-aktar miżuri importanti fil-qasam tal-edukazzjoni.
L-unjin innotat ukoll l-enfasi fuq il-benesseri, il-programm ta’ bini u manutenzjoni ta’ skejjel, kif ukoll l-importanza li qed tingħata lil-litteriżmu.