Fid-diskors tal-Baġit 2025, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar li l-Gvern se jagħmel aġġustament storiku fit-tax bands, li se tfisser €140 miljun aktar fi bwiet il-ħaddiema kollha.
Kif se jaħdem dan it-tnaqqis fit-taxxi?
KOMPUTAZZJONI SINGOLA
It-threshold, li taħtu ma titħallasx taxxa se jiżdied minn €9,100 għal €12,000. Ifisser li sal-ewwel €12,000 mhux se jkunu taxxabbli.
Ir-rata ta’ 15% se tiġi applikabbli għal bejn it-€12,001 u s-€16,000.
Bejn is-€16,001 u s-€60,000 ikun bil-25%. Dħul ta’ ’l fuq minn €60,000 se jibqa’ bil-35%.
Dan se jfisser li t-tnaqqis fit-taxxa tal-valur se jkun ta’ bejn l-€435 u s-€675 fis-sena. Il-massimu fit-tnaqqis jibbenefikaw minnu dawk kollha li għandhom dħul ta’ aktar minn €19,500 fis-sena.
KOMPUTAZZJONI MIŻŻEWĠIN
It-threshold li taħtu ma titħallasx taxxa se jiżdied minn €12,700 għal €15,000. Bl-ewwel €15,000 mhux se jkunu taxxabbli.
Ir-rata ta’ 15% se tiġi applikabbli għal bejn il-€15,001 u t-€23,000.
Bejn it-€23,001 u s-€60,000 se jkun bil-25% u d-dħul ’il fuq minn €60,000 se jibqa’ bil-35%.
Dan se jfisser li t-tnaqqis fit-taxxa tal-valur se jkun ta’ bejn l-€345 u s-€645 fis-sena. Il-massimu fit-tnaqqis jibbenefikaw minnu dawk kollha li għandhom dħul ta’ aktar minn €28,700 fis-sena.
KOMPUTAZZJONI ĠENITUR
It-threshold, li taħtu ma titħallasx taxxa, se jiżdied minn €10,500 għal €13,000. B’dan ifisser li l-ewwel €13,000 mhux se jkunu taxxabbli.
Ir-rata ta’ 15% se tiġi applikabbli għal bejn it-€13,001 u €17,500.
Bejn it-€23,001 u s-€60,000 ikun bil-25% u d-dħul ’il fuq minn €60,000 jibqa’ bil-35%.
Kull min iħallas taħt din il-komputazzjoni se jara tnaqqis fit-taxxa fil-valur ta’ bejn €345 u €645 fis-sena. Il-massimu fit-tnaqqis jibbenefikaw minnu dawk kollha li għandhom dħul ta’ aktar minn €21,200 fis-sena.
Minbarra t-tnaqqis fit-taxxa, hemm l-għotja li tvarja bejn €60 u €140 fis-sena lil kull min jaħdem u ma jaqlax iżjed minn €60,000.