Għat-tieni sena konsekuttiva, iċ-Children’s Allowance se tiżdied b’€250 oħra għal kull wild.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana sostna li fil-manifest elettorali ‘Malta Flimkien’, il-Gvern wiegħed li tul din il-leġiżlatura se jiżdied dan il-benefiċċju, iżda dan se jinqasam u meta għad baqa’ aktar minn sentejn biex tintemm il-leġiżlatura.
Dan se jsir b’investiment ta’ €16.5 miljun u se jolqot madwar 42,000 familja b’63,000 tifel u tifla.
Dan filwaqt li se jibda jingħata bonus għat-tielet wild jew aktar li se jkun ta’ €1,500. Hu stmat li madwar 580 familja jistgħu jibbenefikaw minn dan it-titjib.
Ma’ dawn ukoll, il-Fostering Allowance se jitla’ b’€10 oħra, li se jfisser €120 fil-ġimgħa jew €6,240 fis-sena.
L-għotja taż-żwieġ jew l-unjoni ċivili se titla’ b’€170 u b’hekk din l-għotja bejn iż-żewġ konjugi se tilħaq €1,000.