Danielle McLaughlin, li nstabet mejta f’Goa, kienet stuprata minn grupp ta’ irġiel u maqtula permezz ta’ flixkun imkisser tal-birra. Dan qed jgħidu avukat tal-familja. Fi żvilupp drammatiku, kelliem għall-familja qal li s-suspettat ewlieni, Vikat Bhagat, ma setax wettaq il-qtil u l-istuprar waħdu. Bhagat, li għandu 23 sena, deher il-qorti fuq 20 akkuża separata. Huwa diġa ammetta l-qtil lill-Pulizija, u qal li qatilha wara li attenda festival u kien xurban. Ċaħad li stupra lit-tfajla ta’ 28 sena u qal li kienu f’relazzjoni każwali.