Fost l-investiment bla preċedent, li sar fl-oqsma tal-innovazzjoni, start-ups u negozji tal-familja, pajjiżna qed iħejji wkoll l-infrastruttura meħtieġa għad-Digital Identity Wallet, fejn iċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jaqsmu l-identità diġitali tagħhom b’mod aktar sigur u effiċjenti.
Kompliet il-ħidma wkoll fuq il-European Digital Innovation Hub, fejn komunità ta’ start-ups u SMEs se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn diversi servizzi u riżorsi, fosthom mentorship.
Reġgħet ġiet imnedija wkoll is-Seed Investment Scheme, li tagħti inċentiv biex isir investiment fl-istart-ups lokali. Dan imur id f’id mal-Malta Government Venture Capital, li ġiet stabbilita b’fond li jitla’ għal €10 miljun biex isir investiment fl-ishma ta’ kumpaniji ġodda.
Dan filwaqt li se jkomplu jiġu introdotti miżuri biex jiġu indirizzati diversi sfidi, fosthom fi Xjenza Malta, permezz tal-programma FUSION, il-programmi ta’ Horizon Europe, il-programmi tal-Aġenzija Spazjali Ewropea u s-sejħa għall-proġetti taħt il-Fond Nazzjonali STEM għall-Komunità.
Se jkompli wkoll l-investiment fil-Cancer Research and Innovation Hub Malta u l-FITA.