Miżura oħra ewlenija, li ħabbar il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana fil-Baġit għas-sena d-dieħla, jara l-introduzzjoni ta’ viża għall-atleti tal-esport biex tiffaċilita l-moviment tat-talent fil-pajjiż.
Dan intqal fid-dawl li s-settur tal-gaming qed jikkontribwixxi b’mod b’saħħtu fl-ekonomija ta’ Malta, tant li sal-aħħar tas-sena li għaddiet diġà kienu qed jaħdmu 16,428 persuna f’dan is-settur.
B’hekk, il-Gvern se jkompli jiffoka fuq l-espansjoni ta’ setturi ġodda, bħal video game development, esport u teknoloġiji immersivi.
Minbarra hekk, l-inizjattivi tal-Gaming Malta qed jipprovdu wkoll taħriġ għal 400 student fis-setturi.