Għal sena oħra, ġie estiż l-inċentiv fiskali għal dawk il-persuni li jixtru jew ibigħu proprjetà, li tkun ilha mibnija għal aktar minn 20 sena u ilha vakanti għal aktar minn seba’ snin, jew proprjetà li tinsab f’Żona ta’ Konservazzjoni Urbana, UCA.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Ministru għall-Finanzi qal li, biex l-għan ta’ din il-miżura jintlaħaq bis-sħiħ, se jsiru xi emendi legali intiżi ħalli jitnaqqas l-abbuż u jitjieb it-tħaddim tagħhom.