- L-Irlanda titlob li timxi fuq mudell Malti
Il-Kummissjoni Ewropea irikonoxxiet li Malta qed tħaddem l-aqwa prattiċi fejn jidħol is-servizz taċ-childcare b’xejn.
L-Irlanda talbet lill-Malta sabiex isegwi il-mudell taghha fejn jidhol dan is-servizz.
Dan tħabbar dalgħodu mill-Ministeru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo meta żar childcare centre fin-Naxxar. Hawnhekk spjega kemm żdiedu childcare centres f’erba’ snin u tfal li jattendu dan is-servizz.
Bħalissa hawn mitt childcare centre u aktar minn 6,400 jattendu dan is-servizz b’xejn. Sa erba snin ilu kien hawn 69 centru u kienu jattendu 1,800.
Il-Gvern qed jonfoq mat-tnax-il miljun ewro fis-sena u kull familja qed tiffranka €4,000 fis-sena.