Bejn l-4 u s-6 ta’ Diċembru li ġejjin, pajjiżna se jilqa’ l-Ministri tal-Affarjiet Barranin tal-pajjiżi kollha fi ħdan l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE, li attwalment hi mmexxija minn Malta, permezz tad-Deputat Prim Ministru Ian Borg.
Dan se jsir f’summit tal-ministri li se jkun qiegħed jimmarka l-akbar konferenza internazzjonali li qatt ittellgħet f’pajjiżna. Imbagħad, bejn Mejju u Novembru tas-sena d-dieħla, Malta se tippresiedi l-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu.
Hawnhekk pajjiżna mistenni jmexxi l-Kumitat tal-Ministri, li hu magħmul mill-Ministri tal-Affarjiet Barranin tas-47 stat membru tal-Kunsill tal-Ewropa.