Nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru se jsir avveniment għall-familja kollha fil-lokalità ta’ Ħal Safi, bl-isem ‘Festa Familja’.
Il-festa hija organizzata b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Reġjun Punent, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fost l-attivitajiet li din il-festa se toffri hemm logħob, stage shows u anke ferrovija li ddur madwar ir-raħal.
‘Festa Familja’ se ssir mid-9:30 ta’ filgħodu sal-5:00 ta’ waranofsinhar u dħul huwa b’xejn.