Din il-ġimgħa, żewġ judges maltin tal-K1 u Kickboxing, Mariana Azzopardi Spiteri u David Bugeja, għamlu isem fl-ISKA World Championships 2024 fi Vjenna.
Huma mhux biss ġew magħżula biex jirrappreżentaw lil Malta, iżda l-ħiliet eċċezzjonali tagħhom bħala judges ħallew impressjoni kbira fuq livell internazzjonali.
Mariana u David ġew imfaħħra fil-Laqgħa Ġenerali tad-Diretturi tal-ISKA għall-professjonalità u x-xogħol impekkabbli tagħhom. Huma wrew dedikazzjoni u eċċellenza u żguraw li l-isem ta’ Malta jiddi quddiem kulħadd.
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lkickboxing faħħret lil Mariana u David talli irrappreżentaw lil Malta b’tant kburija.