F’maratona ta’ 24 siegħa mixi bla waqfien għall-Fondazzjoni Sebħ, inġabret is-somma sabiħa ta’ għaxart elef ewro.
Din is-somma, li se tkun qed tmur biex it-tfal ta’ din il-fondazzjoni jkunu jistgħu imorru fuq btala, se tingħaqad mas-somma li nġabret is-sena l-oħra, dik ta’ €6,600.
B’hekk is-somma totali ta’ €16,660.
Għal din l-aħbar il-Fondazzjoni Sebħ stqarret li jinsabu ferħanin immens b’dan ir-riżultat, u issa se jkun possibbli għat-tfal li jibdew l-ewwel vjaġġ edukattiv tagħhom barra minn Malta.