Issa tista’ tingħaqad mal-Prim Ministru Robert Abela fuq whatsapp, sabiex tkun aġġornat dwar il-ħidma tiegħu u tal-Gvern ta’ kuljum.
Il-‘Whatsapp Channel’, infetaħ ilbieraħ ftit qabel ma ġiet imnedija t-tema tal-Baġit 2025, ‘Pajjiż ta’ Kwalità’.
Sadanittant, dalgħodu permezz ta’ messaġġ irrekordjat, il-Prim Ministru tkellem dwar kemm illum huwa jum importanti, fejn il-Ministru għall-Finanzi se jippreżenta l-Baġit għas-sena d-dieħla, bit-tax cut se tkun waħda mill-miżuri ewlenin li se taffetwa b’mod pożittiv lil eluf ta’ nies.
Ingħaqad f’dan iċ-channel billi tagħfas fuq din il-ħolqa.