F’partita li pproduċiet xejn inqas minn sitt goals, Mosta kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu l-isfida ta’ Zabbar SP bl-iskor ta’ 4-2.
Kienu Zabbar li ħolqu l-ewwel periklu u fil-ħames minuta rebħu penalty meta Matheus Pires Gomes Santos waqqa’ lil Leonardo Agius fil-kaxxa. Mill-11-il metru inkariga ruħu MARCELO BARROS SANTOS li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lill-goalkeeper David Udoh Apan in-naħa opposta.
Huma komplew fuq l-offensiva u żewġ minuti biss wara Stefn Ilic avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda kellu l-konklużjoni angulata fil-baxx tintemm ftit barra.
Mosta wieġbu fl-10 minuta meta Nathan Agius xeħet cross mil-lemin lejn Lassina Coulibaly li mill-viċin tefa’ ftit barra.
Zabbar reġgħu ħolqu l-periklu meta Marcelo Barros Santos kellu x-xutt tiegħu salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper ta’ Mosta, David Udoh Akpan.
Il-partita kompliet tisbieħ u fit-23 minuta Souleymane Kone impenja lill-goalkeeper ta’ Zabbar Matthew Grech li salva tajjeb.
Man-nofsiegħa logħob, Mosta tilfu ċans tad-deheb li jgibu l-skor indaqs meta Leonardo Da Silva Joaquim xeħet cross lejn Nathan Agius li kellu l-konklużjoni tiegħu tiġi salvata minn fuq il-linja minn player ta’ Zabbar, biż-Żabbarin jeħilsuha ħafif.
L-isforzi ta’ Mosta ġew ippremjati permezz tal-goal tad-draw fit-38 minuta meta minn azzjoni ta’ corner mogħti mill-ispeċjalista Clayton Failla, MATHEUS GOMES SANTOS PIRES kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.
Fill-ftuħ tat-tieni taqsima, Mosta komplew fejn ħallew fi tmiem l-ewwel waħda u fis-56 minuta qalbu l-iskor favurihom permezz ta’ xutt mili-iktar b’saħħtu minn barra l-kaxxa ta’ PRINCE AFRIYE li ma ta l-ebda ċans lil Matthew Grech, biex irriżulta goal tal-istampi.
Iżda huma bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal li Zabbar ma ġabux l-iskor indaqs, tliet minuti biss wara meta wara li rċieva minn cross pefrett, DIOGO JOAO TAVARES, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tiegħu taħbat mal-wieqfa qabel intemm ġewwa, b’Akpan ma jagħmilx moviment.
Madankollu, il-Blues reġgħu marru fil-vantaġġ fis-70 minuta meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner mogħti mis-solitu Failla, SOULEYMANE KONE, għola tajjeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun wara Grech.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-77 minuta ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal permezz ta’ freekick mill-isbaħ ta’ CLAYTON FAILLA, biex b’hekk irnexxielu jsib ix-xibka proprju kontra l-tim li beda l-karriera miegħu.
Mosta komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.
Referee: Glen Tonna
Plejer tal-Logħba: Stefan Ilic (Zabbar SP)