Illejla l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar it-tema tal-Budget għas-sena d-dieħla, li għada l-Gvern se jkun qed jippreżenta fil-Parlament.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-tema għall-Budget 2025 hija Pajjiż ta’ Kwalità, li tirrifletti l-ħidma li se jwettaq il-Gvern biex imexxi lil pajjiżna għal-livell li jmiss.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-ekonomija li jmiss se tkun waħda bbażata fuq il-kwalità għax b’hekk se niggarantixxu li l-familji jgawdu l-aħjar f’pajjiż trankwill u sigur.