Żewġ nisa ġew arrestati b’rabta ma’ attakk li seħħ fuq eks-parteċipanta tal-kompetizzjoni X-Factor, Lucy Spraggan.
Iż-żagħżugħa li għandha 25 sena kienet dehret fuq ix-xow fl-2012, allegatament sfat attakkata barra post tad-divertiment f’Brighton l-Ingilterra kmieni l-Ġimgħa filgħodu.
Kelliem għall-kantanta qal li t-tfajla qed issofri minn diversi ġrieħi f’wiċċha, li jinkludu gdim.
Iż-żewġ nisa li ġew arrestati għandhom 26 sena u 27 sena, u ġew arrestati u akkużati li kkawżaw ġrieħi fuq persuna terza.
L-artista ddeċidiet li tpoġġi ritratti tal-ġrieħi li ġarrbet fuq il-midja soċjali fejn irrakkontat dak li seħħ fl-għodwa tal-Ġimgħa.
Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-attakk.