Mara miż-Żebbuġ Għawdex ta’ 34 sena u Serb ta’ 29 sena qed jingħataw il-kura fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li waqgħu minn għoli minn residenza fi Triq ir-Rabat, Marsalforn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kelliem għall-Pulizija kkonferma magħna li l-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa, bil-kundizzjoni taż-żewġ persuni għadha mhix magħrufa.
Minn informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon jidher li l-ewwel li nstabet kienet il-mara, li waqgħet mill-gallarija tar-residenza, iżda ftit wara sabu lir-raġel fix-xaft tal-istess binja.
Immedjatament issejjaħ tim mediku, b’żewġ ambulanzi ħaduhom l-isptar.
Xejn mhu qed ikun eskluż, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.