Il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed jikkommetti ruħu li jkun hemm ftehim mal-għaqda Step up for Parkinson’s sabiex il-Gvern jgħinhom kemm finanzjament u professjonalment.
Qal dan il-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela waqt il-maratona televiżiva bl-isem ta’ “Ħajja Aħjar”.
Fl-intervent tiegħu, il-Ministru spjega li filwaqt li huwa konxju tad-diffikultajiet li jagħdu minnhom il-pazjenti, il-Gvern se jaħdem id f’id sabiex is-servizz li l-pazjent jieħu, jingħata b’mod ħolistiku mingħajr ma jitħalla xejn barra.
Għal dan il-għan, il-Ministru spjega li fil-qasam tas-saħħa, il-Gvern lest li jaħdem id f’id ma NGO’s u entitajiet bi strateġija ċara u ta fejda għal pazjenti f’pajjiżna.
L-għaqda Step up for Parkinson’s li tgħin ħafna nies b’din il-marda biex itejbu l-kwalita tal-ħajja tagħhom u tal-persuni li jieħdu ħsiebhom. Dan jagħmluh kemm bl-apoġġ li jingħata mill-komunita, kif ukoll bil-moviment.