ONE se jkun qed iżomm lis-segwaċi tiegħu aġġornati b’dak kollu li jkun qed jiġri f’jum il-budget bi programmi u xandiriet speċjali t-Tnejn 28 t’Ottubru mill-4:30pm ‘il quddiem.
Għal din il-ġurnata, l-iskeda ta’ ONE tinbidel sabiex l-istazzjon iwassal l-aħħar informazzjoni. Għaldaqstant, il-programm INDIGO tat-Tnejn 28 t’Ottubru se jkun qed jintemm għall-ħin tal-4:30pm sabiex mal-ewwel Dorian Cassar u Claudia Cuschieri jibdew edizzjoni speċjali ta’ BIL-FATTI. Edizzjoni li twassalna sal-ħin tas-6:30pm fejn f’dak il-ħin ONE jingħaqad b’mod dirett mal-bini tal-Parlament għal qari tal-Budget 2025 mill-Ministru tal-Finanzi.
Kif jintemm il-qari, ONE NEWS iwassal lis-segwaċi bulettin tal-aħbarijiet fejn matulu ningħaqdu b’mod dirett sabiex is-segwaċi ta’ ONE isegwu l-konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Prim Ministru Dr Robert Abela. Wara, PROGRAMM SPEĊJALI ta’ analiżi u diskussjoni li jtemm il-programmi u xandiriet speċjali tal-ġurnata tat-Tnejn 28 t’Ottubru.