Is-servizz tal-Gozo Channel kien sospiż għal madwar sagħtejn, illum waranofsinhar, wara li kien hemm theddida ta’ bomba.
Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex, fejn saret operazzjoni mill-forzi tal-ordni biex is-sitwazzjoni terġa’ tiġi lura għan-normal f’ħin qasir.
L-ewwel li kklassifikaw bħala siguri kien hemm dawk il-vapuri taċ-Ċirkewwa. Dan filwaqt li fil-Port tal-Imġarr, is-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal.
Din kienet it-tieni theddida ta’ bomba fl-istess port, f’temp ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, li rriżultat fin-negattiv.