Fit-tnejn u fit-tlieta ta’ Novembru, il-Kunsill Lokali tar-Rabat b’kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet governattivi u l-għaqdiet Rabtin, se tkun qed issir l-attività ‘Rabat Sacrum’.
F’din l-attività se jerġgħu jiddawlu filwaqt li jinfetħu beraħ il-bibien tal-knejjes u tal-mużewijiet li hi mogħnija bihom din il-lokalità storika.
Id-dettalji dwar din l-attività ngħataw mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli u mill-Ministru għall-Volontarjat Julia Farrugia.
Intqal li dan l-avveniment huwa parti mill-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna, mhux biss se juri t-teżori li hu mogħni bihom ir-Rabat u dak kollu konness miegħu, iżda wkoll juri l-impenn u r-rieda tal-kunsill lokali li jorganizza avvenimenti fuq skala daqshekk kbira u professjonali.
Dwar din l-attività kkummenta s-Sindku tar-Rabat.
“Rabat Sacrum huwa festival kulturali maqsum f’jumejn, festival fejn qiegħdin nesponu il-mużewijiet tagħna, qegħdin nesponu wkoll il-kappelli u l-knejjes tagħna, fejn fihom qed nagħmlu diversi esebizzjonijiet fejn ukoll qed naraw ħafna xogħlijiet artistiċi.”
SANDRO CRAUS