Min-nhar is-Sibt filgħaxija sal-Ħadd filgħaxija, l-aġenzija Infrastructure Malta se tkun qed tagħti l-aħħar saff t’asfalt f’parti minn Triq Tal-Barrani, fid-direzzjoni min-naħa t’isfel tal-pajjiż lejn il-Belt Valletta.
Dan tħabbar fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tal-aġenzija ta’ Infrastructure Malta. Hija appellat lis-sewwieq sabiex jippjana l-vjaġġ tiegħu minn qabel u juża rotot alternattivi.
Biex mill-Belt Valletta jew Ħal Tarxien tmur lejn iż-Żejtun jew Birżebbuġa, wieħed irid jgħaddi minn Triq Il-Gudja, Triq San Anard lejn Triq Tal-Ħotba.
Dan filwaqt li biex min-naħa t’isfel ta’ Malta jmur lejn il-Belt Valletta, wieħed irid jgħaddi mill-karreġġjata l-opposta ta’ Triq Tal-Barrani.